Is-Servizzi li Noffru

The Green Hand hija konsulenza agrikola bbażata f’Malta u fi Brussell. Aħna naħdmu ma’ klijenti fis-setturi tal-biedja u ta’ l-ikel biex nottimizzaw in-negozji tagħhom, nimmassimizzaw l-opportunitajiet tagħhom u nikkontribwixxu għas-suċċess tagħhom fit-tul.

L-għeruq personali tagħna jinsabu wkoll fl-agrikoltura. Immexxija minn bidwi tal-ħames ġenerazzjoni, The Green Hand tifhem mill-esperjenza diretta t-tħassib u l-aspirazzjonijiet tal-bdiewa u tan-negozji agrikoli; aħna qegħdin hawn biex ngħinukom f’kull pass tat-triq - minn bidwi għal bidwi.

L-esperjenza tagħna

The Green Hand toffrilek l-esperjenza tagħha fl-agrikoltura u l-forestrija, kif ukoll fl-affarijiet Ewropej u internazzjonali. Il-konsulenza tagħna tipprovdi appoġġ imfassal apposta għalik, bil-għan li jkollok l-informazzjoni li teħtieġ fil-mument opportun; b’hekk, tkun tista’ tieħu l-aħjar deċiżjonijiet u twettaq il-proġetti agrikoli tiegħek b’perspettiva fit-tul.


L-aħħar artikli (EN)